X Factor Malta ħabbar it-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ X Factor Malta tħabbar li se jkun hemm it-tieni staġun ta’ din il-kompetizzjoni.

Wieħed jista’ jirreġistra biex jieħu sehem ladarba għandu aktar minn 15-il sena. Kulmin jixtieq jirreġistra għandu jibgħat messaġġ bid-dettalji personali tiegħu u vidjow qasir ta’ minuta fejn jidher l-aplikant ikanta xi diska. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna uffiċjali ta’ Xfactor Malta.

Dan il-kompetizzjoni ta’ kant bdiet f’Ottubru tas-sena l-oħra u issa leħqet il-quċċata tagħha hekk kif waslet fil-finali.