Filmat: X Factor: “Għalissa… għaddew!”

Julia Camilleri, Miriana Conte u Milena Bianco interpretaw X’s and O’s.

Wara l-wirja tagħhom, Alexandra rrimarkat li Julia ma laħħqitx maż-żewġ kantanti l-oħra f’dan ir-rawnd. Il-vuċijiet tal-kantanti l-oħra kienu aktar b’saħħithom u għalhekk hija spiċċat ma’ dawk dubjużi biex tkompli f’din il-kompetizzjoni.

Iżda anki għal Miriana u Milena jidher li mhux kollox ward u żahar. Għalkemm għaddew għall-fażi li jmiss Alexandra twissihom li mhux se jkampaw wisq aktar ‘il quddiem jekk ma jeħdux aktar riskji.

Għaddew… għalissa! Naraw kif se jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin.