Filmat: X Factor: “Estelle kienet il-problema”

Luke Baldacchino stqarr li waqt li kienu qed jippruvaw għas-silta Hey Now, oriġinarjament maħruġa minn Ira Losco, dejjem spiċċaw jeħlu fl-istess biċċa. Miegħu kien hemm Kylie Meilak u Estelle Imbroll.

Meilak kienet deskritta bħala l-aktar waħda b’saħħitha waqt li għal Estelle għad irridu nistennew x’se jkun il-futur tagħha fil-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta.

Luke seta’ joħroġ aktar waqt din il-kanzunetta u huwa spiċċa wkoll ma’ dawk li għad irridu naraw x’se jkun qed jiġri minnhom fil-ġimgħat li ġejjin.