X’aktarx li l-Ġermanja tibgħat għajnuna fl-Iraq

Militanti Islamiċi qed ikunu akkużati bil-massakru ta’ mijiet ta’ persuni fl-Iraq u fil-lvant tas-Sirja.
Mill-inqas 80 raġel mill-Iraq inqatlu filwaqt li mijiet ta’ nisa u tfal ġew maħtufa.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż Frank Walter Steinmeier ta indikazzjonijiet li l-Ġermanja se tibgħat għajnuna fl-Iraq bil-għan li jitneħħew il-militanti Islamiċi li qed jippruvaw jeqirdu il-gruppi tal-minoritajiet.
Intqal li l-poplu fl-Iraq ma jistax joqgħod jistenna l-għajnuna mill-Amerika hekk kif familji innoċenti qed ikomplu jitilfu aktar membri.
Ir-Renju Unit, il-Ġermanja u pajjiżi oħra qed iwasslu għajnuna umanitarja lil dawk maqbuda fl-Iraq u fis-Sirja.