Wirja ta’ xogħlijiet tal-artista Monica Spiteri

Bħalissa għaddejja wirja tal-arti fil-Kamra tal-Kummerċ fil-Borsa fil-belt Valletta.

Din il-wirja tikkonsisti fi 28 kwadru ta’ xogħolijiet biż-żejt u bl-acrylic. Dawn ix xogħolijiet jinkludu kemm xogħol astratt u xogħol b’veduti tal-baħar.

Dan huwa kollu xogħol ta’ l-artista Monica Spiteri. Fost dawn ix-xogħolijiet insibu xogħol ta qisien diversi. Il qisien tal-kwadri jvarjaw minn 80 centimetru sa metru u nofs.

Fosthom insibu  kwadru li jirraprezenta il-funtana tat Tritoni li tinsab fil-pjazza fid-daħla tal Belt Valletta. Xogħolijiet oħra jirrapreżżentaw il-Ġebla tal-Ġeneral u Il-Bajja il-Ħamra ġo Għawdex.

Kull kwadru mhux bħal-ieħor ghaliex Spiteri taħdem fl-ispirtu tal-mument. Hi tgħid li taħdem mhux biss biex togħġob lill-kolletturi imma anke għalija innifisa, sabiex tistimula l-ideat tagħha.

Spiteri ilha tpinġi għal diversi snin. L-ewwel wirja tagħha kienet fil-Mużew tal-Fine Arts, imbagħad fil- Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Sentejn ilu tellgħet wirja mal-ħabiba tagħha fl-Ambaxxata ġo The Hague fl’Olanda.

Hi rebħet diversi premjijiet għax-xogħol tagħha, fosthom l-ewwel premju fil-pittura bil-water colour f’kompetizzjoni li kienet ġiet organizzata mis-Socjetà tal-Arti fil-Belt Valletta. Rebħet premju ieħor fejn ġiet fit tielet post fil-kompetizzjoni Grolla D’Oro ġo Treviso fl-Italja.  Rebħet ukoll il-premju tal ġurija fil-kompetizzjoni li kienet ġiet organizzata mill-Ambaxxata Taljana bl-isem L’Italiano in Piazza. Kienet ukoll irraprezentat lill Malta meta ġiet magħżula biex tieħu sehem F’Isedem ġo Sqallija ma’ artisti internazzjonali.

Il-wirja se tibqa miftuħa sat-28 ta’ Gunju 2019. Il-ħinijiet huma mill-8.00 am sal-5.30 pm u d-dħul huwa b’xejn.