Ħaddiema jarmu taħlita ta’ siment fil-baħar – Cassola

Read in English.

F’diversi paġni Maltin fuq Facebook tfaċċaw ritratti li juru “nies tal-gabbana” jitfgħu taħlita ta’ siment fil-baħar, f’Bajja San Tumas f’Marsaskala.

Ċittadin ikkonċernat ippubblika l-istampi fuq Facebook u  dawn mil-ewwel ġibdu l-attenzjoni ta’ bosta nies inkluż tal-eks Ċerperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola. Cassola staqsa dwar il- il-legalità ta’ dan l-att u jekk din it-trasgressjoni għandhiex tiġi kkastigata.

L-istampi juru ħaddiema li ddeċidew li kellhom bżonn ta’ aktar spazju għall-umbrelel u komplew biex iħaltu taħlieta ta’siment fuq il-Bajja San Tumas, fejn wara wadbu l-bqija tat-taħlita tagħhom fuq il-baħar.