Woody Allen akkużat mill-ġdid b’abbuż sesswali

Id-direttur tal-films Woody Allen qed ikollu jaffaċja mill-ġdid akkużi ta’ abbuż sesswali mit-tifla addottata minnu Dylan Farrow.

 

F’ittra ppubblikata fuq is-sit ta’ New York Times, Farrow tirrakkonta kif meta kellha 7 snin, il-missier addottiv tagħha Woody Allen kien jabbuża sesswalment minnha fil-kamra ta’ fejn il-bejt. Il-każ imur lura għas-sena 1992 meta Woody Allen kien investigat fuq allegazzjoni ta’ molestazzjoni. Il-bord tal-ġurati kienu waqqgħu l-allegazzjonijiet minħabba li derilhom li l-akkużi kienu ppumpjati mis-sieħba tiegħu wara li kienu għadhom kemm ħassru.

 

Dylan Farrow li llum għandha 28 sena tgħid li l-fatt li Allen ħelisha mill-akkużi għadu jittormentaha sal-ġurnata ta’ llum. Hija tgħid ukoll li minħabba l-fama li jgawdi d-direttur famuż, hija kien jaqbadha paniku malli tarah fuq it-televiżjoni u fil-media.

 

Farrow tgħid li l-Premju Oscar li għadu kemm rebaħ Woody Allen għall-film Blue Jasmine wassalha biex tikser is-silenzju wara iktar minn għoxrin sena.