Wolves qrib il-kwalifika għall-istadju tal-gruppi tal-Europa League

Wolves qegħdin qrib li jikkwalifikaw għall-istadju tal-gruppi tal-Europa League għall-ewwel darba. Dan wara li rnexxielhom jirbħu kontra t-tim Taljan Torino bl-iskor ta’ 3-2 barra minn darbhom.

Wolves marru fuq quddiem permezz tal-free-kick ta’ Joao Moutinho li b’daqqa’ ta’ ras tal-plejer ta’ Torino Gleison Bremer, daħal fix-xibka. Jota rdoppja l-iskor wara li rċieva ballun mingħand Traore. Għal Torino skurja Silvestri, iżda Jimenez kabbar id-differenza għal darba oħra. Kien Belotti li għamel it-tieni gowl għal Torino minn penalty tard fil-logħba.

Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu nhar id-29 ta’ Awwissu. Min jirbaħ bejniethom se jkun qed jimxi għall-istadju tal-gruppi.