Wolves iżommu lil United fi draw

Rex Features

Paul Pogba tilef iċ-ċans li jiskurja minn penalty fit-tieni taqsima biex b’hekk Manchester United baqgħu draw kontra Wolves. Il-Franċiż twaqqa’ minn Conor Coady u minkejja li naqas milli jiskurja tliet penalties l-istaġun li għadda, xorta mar jagħti l-penalty hu.

Ix-xutt b’saħħtu ta’ Pogba ġie mtajjar minn Rui Patricio, li salva baxx lejn il-lemin.

Fl-ewwel taqsima Anthony Martial poġġa lil United fuq quddiem bil-50 gowl tiegħu għall-klabb. Għal Wolves kellu jkun Raul Jimenez li xeħet il-ballun fil-lasta 55 minuta mill-bidu tal-partita. L-iskor baqa’ ta’ 1-1 sal-aħħar tal-logħba.