Wizz Air tħabbar titjiriet minn Varsavja lejn Malta

Il-kumpanija tal-ajru low-cost, Wizz Air ħabbret li mill-4 ta’ April tas-sena d-dieħla se tibda topera titjira lejn Malta minn Varsavja. 
Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis qal li din hija aħbar importanti għall-industrija tat-turiżmu f’Malta.
Qal li din ir-rotta se żżid il-konnettività u l-aċċessibilità lejn il-gżejjer Maltin mil-lvant tal-Ewropa.
Zammit Lewis qal li din ir-rotta turi l-impenn minn din il-kumpanija Ungeriża li toffri vjaġġi mill-aqwa lit-turisti li se jżuruna.