Wisq spejjeż biex niftaħ issa; aħjar takeaway u delivery – Sean Gravina

Facebook - Sean Gravina

Il-kok Sean Gravina qal li għalissa ma jagħmilx sens finanzjarju li jiftaħ ir-ristorant tiegħu għall-pubbliku. Spjega li aħjar ikompli bit-takeaway u delivery.

Fuq Facebook Gravina qal li kellu diskussjoni twila mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu MTA dwar il-miżuri li jridu jobdu r-ristoranti. Speċifika li mhux qed jagħmel kumment politiku u li mhu qed jattakka l-ebda gvern.

Gravina qal li għalissa se jistenna sakemm ir-ristoranti jkunu jistgħu jużaw imwejjed kemm barra kif ukoll ġewwa l-istabbiliment. Iħoss li hemm wisq spejjeż imposti fuqu jekk jiftaħ kompletament għalissa. Fakkar lin-nies li għadhom jistgħu jordnaw mir-ristorant tiegħu Crust Bakery.

I just had a long conversation with CEO of MTA about the measures I mentioned today. One can choose to operate inside or…

Posted by SJ Gravz on Tuesday, May 19, 2020

Wisq spejjeż għar-ristoranti biex ikunu sostenibbli – ACE

Intant l-hekk imsejħa Association of Catering Establishments (ACE) qalet li hemm wisq spejjeż għar-ristoranti biex ikunu sostenibbli għalissa.

Fi stqarrija ACE qalet li tilqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern tal-ftuħ tar-ristoranti imma li għandu jkompli jagħti s-sussidju tal-pagi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn