Wisq Maltin ma jifhmux l-impatt tad-deċiżjonijiet Ewropej – Sant

Il-Kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Alfred Sant sostna li hemm ħafna Maltin li għadt ma jifhmux sew kemm id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew jaffettwawhom.

Fi stqarrija l-Kap tad-Delegazzjoni u l-Ewroparlamentari sostna li l-uffiċċju tiegħu fl-aħħar ħames snin kellu l-għan ewlieni li jinforma l-pubbliku Malti dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew.

“Bżonn inċentivi biex żgħażagħ javvanzaw fl-istudji waqt li jaħdmu” – Dalli

Intant, f’attività mtellgħa għaż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara, l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli saħqet dwar il-ħtieġa ta’ inċentivi u miżuri biex biex żgħażagħ ikomplu javvanzaw fl-istudji anke meta jibdew jaħdmu.

L-interventi kienu varji iżda spikkaw temi komuni fost iż-żgħażagħ: opportunitajiet ta’ xogħol, bilanċ bejn studju u l-ħin rikreattiv, il-protezzjoni tal-ambjent u l-wirt storiku u trasport sostenibbli. Kollha saħqu dwar l-importanza tal-Vot 16.