Ritratti: Wirja tal-arti fil-Palazz ta’ San Anton

Illum s-Sinjura Margaret Abela inawgurat id-dsatax-il wirja tal-arti li qed tittella’ fil-Palazz ta’ San Anton, li tinkludi xogħlijiet tal-artisti Joanne Mizzi u Anastasia Ponyatovskaya-Pace.

Fil-wirja se jiġu esebiti stampi kkreati mill-iswed tal-linka u bil-kuluri tal-akriliku li juru postijiet jew bini partikolari li nsibuh biss fil-gżejjer Maltin, kif ukoll xenarji ta’ Malta.

25% tal-bejgħ ta’ dawn il-pitturi se jmur għall-Malta Community Chest Fund, li tgħin lill-individwi li jkollhom bżonn kura għall-mard, li jkun ħakimhom fi żmien qasir,  u li l-kura għaliha tammonta għal somma kbira ta’ flus.

Il-wirja tiftaħ kuljum bejn id-9.00am u l-5.00pm sad-29 ta’ Settembru.

Ritratti: DOI – Pierre Sammut