Wirja ta’ presepju f’Ħal Qormi

Is-sezzjoni Żgħażagħ Stillieri fi ħdan l-Għaqda tal-Każin tal-Banda Aniċi f’Ħal Qormi se tkun qed tagħmel wirja tal-presepju li se jieħu sehem fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji.

Din il-wirja se tkun miftuħa fil-każin fi Triq Anici, Triq Pinto, Ħal Qormi, bejn it-13 ta’ Diċembru 2019 u l-5 ta’ Jannar 2020.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt mil-5.00pm sat-8.00pm u l-Ħdud u festi filgħodu wkoll bejn id-9.00am u 12.00pm, u filgħaxija mill-5.00pm sat-8.00pm.