Wirja ta’ Ittri Diżinfettati

Is-Soċjetà Filatelika Għawdxija qed tesponi selezzjoni ta’ għaxar ittri ttimbrati minn Lazzarett (Manoel Island) bħala diżinfettati u li huma parti mill-kollezzjoni ta’ Melitensja mogħtija lilha.
Il-wirja qed issir fil-livell -1 tal-mużew Il-Ħaġar fir-Rabat, Għawdex.
Is-Soċjetà qalet li l-ittri joffru ħarsa tajba lejn aspett interessanti, anke jekk li qed jintesa, tal-istorja soċjali f’Malta waqt li fakkret li l-mużew għandu anke pittura qadia tal-Qawmien ta’ Lazzru li tant ilu l-kult tiegħu fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.
Il-ħinijiet tal-ftuħ jibqgħu 9am-5pm sebat ijiem fil-ġimgħa.