​Wirja minn Pariġi għal Għawdex

Il-Mużew tal-Ħaġar  fi Pjazza San Ġorġ fir-Rabat Għawdex se jkun qed jospita wirja ġdida bejn it-3 u s-16 ta’ Settembru bit-tema Escale in Gozo.
Din se tkun tinkludi xogħlijiet ta’ artisti Maltin u minn Pariġi fosthom Joe Vassallo, Ruth Bianco, Laurent Soon Nissou, Christine Agopian u oħrajn.
Id-dħul normali jibqa’ bla ħlas, sebat ijiem fil-ġimgħa mid-9am sal-5pm.