Filmat: Wirja mimlija enerġija minn Michela waqt il-provi għall-Eurovision

Thomas Hanses

Liebsa l-abjad u akkumpanjata minn erba’ żeffiena, l-Għawdxija ta’ 18-il sena Michela Pace għamlet l-ewwel provi f’Tel Aviv għall-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Hi se tieħu sehem fit-tieni semi finali tal-Ħamis 16 ta’ Mejju.

Din l-ewwel prova sservi biex it-tim warajha kif ukoll id-delegazzjoni Maltija jkunu jistaw jagħmlu analiż tal-wirja tagħha u jbiddlu fejn ikun hemm bżonn, wara konsultazzjoni li ssir bejniethom, inkluż dawk li jlibbsuha kif ukoll l-irtokk.

Jidher li hemm kliem ta’ tifħir għall-provi li għamlet ir-rappreżentanta Maltija hekk kif il-wirja tagħha ġiet deskritta bħala waħda mimlija enerġija.

Inħallu f’idejkom biex taraw u tgħaddu l-kummenti tagħkom dwar dak li seħħ illum f’Tel Aviv, fl-Iżrael għall-wirja tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil pajjiżna permezz ta’ dan il-filmat: