Wirja mekkanizzata tal-passjoni ta’ Kristu fil-każin tal-Banda Kristu Re

Wirja mekkanizata tal-passjoni ta’ Kristu hija fost l-attrazzjonijiet ewlenin tal-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira mtella’ mis-Soċjetà Filarmonika Ġ.M. Fra. Antoine De Paule, Banda Kristu Re tar-Raħal Ġdid
It-tema magħżula għas-26 edizzjoni tal-wirja hija “U fit-Tielet Jum Qam” u l-wirja tkun miftuħa kuljum mit-Tnejn 10 ta’ April sal-Ġimgħa 14 ta’ April 2017 fil-kantina tal-każin.
Fil-wirja wieħed isib ukoll:

  • ċenaklu life Size,   
  • replika tal-liżar ta’ Kristu u
  • sett vari ta’ l-artist Għawdxi Joe Cutajar Zahra.

Id-dħul għal din il-wirja huwa b’xejn.
Fost il-Ġimgħa tkun miftuħa mis-6:00pm sa 9:00pm, Ħamis ix-Xirka mill-5:00pm sa nofs il-lejl u fil-Ġimgħa l-Kbira mill-5:00pm sa 12:00pm.