Wirja li tfakkar il-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan

Fl-okkażjoni tal-125 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan, il-Kummissjoni 125 sena Sena Parroċċa, flimkien mal-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, qed jorganizzaw Wirja Artistika u Storika
Il-wirja tinkludi pitturi minn artisti magħrufa, opri tal-arti li jżejnu l-Knisja Parrokkjali, il-Knisja Parrokkjali l-Antika magħrufa bħala ‘Ta’ Lapsi’, u l-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, kif ukoll abiti u oġġetti liturġiċi, dokumenti storiċi u kollezzjoni fotografika antika tal-lokalitá ta’ San Ġiljan u ta’ avvenimtenti storiċi mill-passat.
L-esebizzjoni se ssir  bejn is-16 u l-24 ta’ April 2016 f’Villa Anna Teresa, Telgħet Birkirkara, San Ġiljan.