Wirja brillanti minn Athletico Madrid u Juventus

Athletico Madrid u Juventus issieltu kemm felħu għal parità ta’ 2-2. Dan juri li ż-żewġ timijiet għandhom il-kwalità meħtieġa biex jimxu ‘l quddiem fiċ-Champions league ta’ dan l-istaġun.

It-tim ta’ Diego Simeone iġġieldu biex minn żewġ gowls minn taħt Juve, ġabu l-parità ġewwa Wanda Metropolitano. Iżda Cristiano Ronaldo ġie viċin ħafna li jisraq il-mertu tat-tim avversarju wara li xutt minn tiegħu għadda ċentimetri bogħod mil-lasta.

Iż-żewġ timijiet taw wirja brillanti. B’din il-wirja bagħtu messaġġ lill-bqija tal-Ewropa li huma ta’ min joqgħodilhom attent.

Riżultati oħra:

Grupp A

Club Brugge 0-0 Galatasaray

PSG 3-0 Ral Madrid

Grupp B

Olympiacos 2-2 Tottenham Hotspur

FC Bayern Munchen 3-0 FK Crvena Zvezda

Grupp C

Dinamo Zagreb 4-0 Atalanta

Shakhtar Donetsk 0-3 Manchester City

Grupp D

Atletico Madrid 2-2 Juventus

Bayer Leverkusen 1-2 Lokomotiv Moscow