Wirja b’messaġġ qawwi favur l-inklużjoni

Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-wirja tal-arti bix-xogħlijiet ta' Leonard Portelli hi messaġġ favur l-inklużjoni u l-abbiltajiet, u kontra l-istigma li għandha s-saħħa mentali f'Malta.
Waqt l-inawgurazzjoni ta' din il-wirja tal-arti, il-President appellat għal iktar ħidma favur l-abbiltajiet u kontra l-istigma, anke mill-awtoritajiet. Semmiet li laqgħet bi pjaċir l-aħbar tat-twaqqif ta' bord tad-diretturi għas-Servizzi tas-Saħħa Mentali u qalet li tittama li dawn jeħduna fuq livell ieħor ta' servizzi għall-persuni li għandhom problemi ta' saħħa mentali.
Il-President qalet ukoll li l-issue ta’ hospitalisation ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali għandha tiġi indirizzata kemm jista’ jkun malajr, anke fid-dawl ta’ statistika mill-Eurostat li turi li Malta tinsab fl-inqas postijiet meta niġu għar-rati ta’ ġranet li matulhom persuna tkun ospitalizzata.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo