Winnie x’se tgħidlu lil Etienne?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa, Winnie titkellem ma’ Etienne dwar il-manuskritt li kien issottometta Adam. X’se tgħidlu qabel titlaq il-barra?

Psaila imur ikellem lil Decelis għaliex jinsab inkwetat. Dwar xiex? X’se jgħidlu fuq Manwela?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cabel Channel 315, illum il-Ġimgħa fl-3.45pm. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

L-episodju li jmiss se jixxandar nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju.