Winnie x’se tgħidlu lil Adam?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa naraw għaliex Benjamin ħassu mweġġa’ bl-atteġġament ta’ Winnie. X’se tagħmel issa Winnie?

Turu jwissi lill-Kummissarju dwar il-Madre. X’se jgħidlu? Min se jċempel lil Valentina u fejn sejra? Winnie tmur tiltaqa’ ma’ Adam. X’se tgħidlu?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.

Repetizzjoni ta’ dan l-episodju jixxandar għada fl-10.15am.