Winnie kif se tilqa’ lil Adam?

Fl-episodju tal-lum minn dan l-istaġun ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Manwel ikellem lil Etienne dwar Winnie iżda Etienne ikompli billi jinfurmah b’dak li kienet marret tgħidlu Elizabeth.

Tgħid id-diskors tiegħu jinkwetah lil Manwel?

Adam imur jiltaqa’ ma’ Winnie. Iżda kif se tkun qiegħda tilqgħu?

Frank ikellem lil Etienne dwar dawk il-flus li kien jagħti lil Carmen. X’se jgħidlu? X’se jistaqsih Frank?

Min se jmur iħabbat mat-tieqa tal-karozza ta’ Winnie u għaliex se jkun qed jaħsadha?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.