Windows 10 f’Malta wkoll minn Lulju

Microsoft għadha kemm ħabbret li Windows 10 se jkun disponibbli f’190 pajjiż mid-29 ta’ Lulju.
Għall-klijenti li jużaw Windows 7 jew Windows 8.1, l-upgrade hu b’xejn.
Kelliem għall-Microsoft f’Malta qal li ladarba jsir l-upgrade, il-kumpanija se tkun qed taġġornah b’xejn sakemm jibqa’ jintuża l-apparat li fuqu jkun installat.
Mibni bl-għajnuna ta’ 4 miljun ruħ  minn madwar id-dinja, Windows 10 mistenni joħloq era ġdida fit-teknoloġija personali.
Se jfisser ir-ritorn ta’ features mixtieqa bħall-menù tal-Istart li jippermetti lil dak li jkun li jsib files, pinned applications u favorites tagħhom b’mod iktar faċli.
Se jwassal features innovattivi u security updates waqt li joffri esperjenza iktar divertenti, iktar personali u naturali li titgawda minn kwalunkwe device li wieħed juża.
Skont l-istess Microsoft, Windows 10 jistartja malajr ħafna, jitkompla malajr u jippermetti li l-batteriji jdumu ferm iżjed minn qatt qabel. Jinkludi Windows Defender b’xejn bħala protezzjoni kontra malware, u security updates li jibqgħu jitwasslu b’xejn sakemm jibqa’ jintuża d-device.
Spjega wkoll li Windows 10 hu ottimizzat għall-użu bil-keyboard u touch, u hu disinjat biex ikun kumpatibbli ma’ kull Windows device u applikazzjoni.