Winch għad-dgħajjes fil-port tal-Imġarr

Sajjieda li għandhom id-dgħajsa fil-port tal-Imġarr Għawdex jistgħu jtellgħu d-dgħajsa minn winch li ġie mwaħħal.
Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana qalet li fil-port tal-Imġarr kienet ilha tinħass il-ħtieġa li jintuża winch li kien installat iżda li ma kienx funzjonabbli.
Qalet li dan is-servizz se jkun jista’ jintuża 24 siegħa kuljum inkluż il-festi u l-Ħdud.
Spjegat kif fil-ġranet li ġejjin se jsiru t-testijiet meħtieġa fuq l-operat ta’ dan il-winch sabiex ikun żgurat li jitnaqqas il-periklu kif ukoll jittieħdu miżuri oħra biex jonqsu l-ostakli li jistgħu ixekklu t-tlugħ tal-qxur tal-baħar tas-sajjieda fuq l-art.
Ritratti: MGOZ