Wilshere lest li jġedded ma’ Arsenal

Skont il-ġurnal Ingliż The Daily Telegraph, il-plejer ta' Arsenal Jack Wilshere jinsab lest biex jiffirma tiġdid fil-kuntrat tiegħu wara negozjati suċċess illi kellu mad-diriġenti tal-Gunners.
Il-kowċ Arsene Wenger jikkunsidra lil danil-midfielder bħala fundamentali fil-futur tat-tim u kien għalhekk illi ħajru jżid iż-żmien tiegħu f'Londra.
Wilshere għandu 26 sena u ilu mal-Gunners għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn lagħab 117-il partita filwaqt illi skorja seba' gowls.