Willian the Great jirritorna bil-kbir

Il-gazzetta Ingliża ta’ kuljum The Daily Mail laqqam lill-Brażiljan ta’ Chelsea Willian bħala Willian The Great wara l-wirja eċċezzjonali li ġiet inkurunata b’gowl fil-logħba tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League kontra l-ġganti Spanjoli Barcelona li spiċċat fi dro ta’ 1-1.
L-artiklu f’dan il-ġurnal Ingliż ifaħħar lill-plejer ta’ 29 sena li wara sensiela ta’ logħbiet fejn kien spiss ikun fuq il-bank tar-riservi, dan l-aħħar reġa’ sab il-forma antika tiegħu u l-gowl illi skorja kontra l-Katalani huwa xhieda ta’ dan kollu.
L-eks plejer ta’ Shaktar Donetsk ilu mal-Blues mis-sena 2013 fejn skorja 23 gowl f’155 partita li lagħab.