Williams tirtira mill-5 kompetizzjoni tat-tennis

Serena Williams kellha ttemm l-avventura tagħha fil-Masters ta’ Cincinnati minħabba uġigħ f’darha. Dan seħħ ftit ġranet biss wara li rtirat mill-finali tar-Rogers Cup. Williams li għandha 37 sena suppost kellha tilgħab kontra Zarina Diyas.

Il-tennista qalet li veru ddispjaċuta li kellha tieqaf mit-turnew li tieħu gost ferm tilgħab fih. L-Amerikana kellha tirtira jew tieqaf minn ħames kompetizzjonijiet separati din is-sena. Il-ġimgħa li għaddiet spiċċat tibki f’nofs pitch waqt il-finali tar-Rogers Cup. Hi rtirat mil-logħba minħabba ġbid li ħasset f’darha.