Williams tirbaħ l-ewwel titlu wara 3 snin

Serena Williams rebħet l-ewwel titlu tagħha wara tliet snin mindu saret omm. Hija rebħet kontra Jessica Pegula fl-Auckland Classic.

Ir-rebbieħa ta’ 23 Grand Slam singles rebħet lill-Amerikana 6-3 6-4.

Dan huwa l-ewwel titlu tagħa mindu rebħet l-Australian Open fl-2017. Fir-raba’ diċenju ta’ Williams fuq il-WTA Tour, tilfet il-Wimbledon u l-US Open finals fl-2018 u l-2019 u kellha tieqaf fir-Rogers Cup final tas-sena l-oħra. Wara li rebħet it-titlu, Williams qalet li se tkun qed tagħti b’donazzjoni l-flus li rebħet mill-kompetizzjoni u se tkun qed tagħti wkol waħda mill-ilbiesi li libset waqt il-logħob biex tgħin fil-ġlieda kontra n-nirien li qed jaħkmu l-Awstralja.

Hi stqarret li tħossha tajjeb ħafna. Qalet li kien ilu żmien ma’ tirbaħ u għaddiet minn ħafna qabel ma reġgħat sabet saqajha fl-isport.