Williams tagħmilha għall-finali ta’ Auckland International

Serena Williams rebħet kontra l-Amerikana Amanda Anisimova f’temp ta’ 43 minuta. B’hekk Williams se tkun qed tilgħab fil-finali ta’ Auckland International. Ir-rebbieħa tal-Grand Slam għal 23 darba, qed tfittex li tirbaħ l-ewwel titlu tagħha mindu rebħet l-Australian Open fl-2017.

Williams li għandha 38 sena se tkun qed tilgħab kontra Jessica Pegua fil-finali. Pegua rebħet kontra Carlinie Wozniacki biex waslet għall-finali. Hi rebħet bl-iskor ta’ 3-6 6-4 6-0.

Jekk Williams jirnexxielha tirbaħ, dan se jkun l-ewwel titlu li se tkun rebħet mindu saret omm.

Williams lagħbet b’mod aggressiv kontra Anisimova u għamlet ħames aces. Hi rnexxielha tirbaħ ukoll 77% tas-serves.