Williams kontra Sharapova fl-ewwel rawnd tal-US Open

Serena Williams se tkun qed tilgħab kontra Maria Sharapova fl-ewwel rawnd tal-US Open ġewwa Flushing Meadows fi New York.

Williams u Sharapova lagħbu b’kollox 21 logħba kontra xulxin tul is-snin, iżda din se tkun l-ewwel waħda mindu lagħbu fil-kwarti tal-finali tal-Australia Open fl-2016.

L-Ingliża Johanna Konta se tkun qed tilgħab kontra Daria Kasatkina tar-Russja, u Kyle Edmund se jkun qed jilgħab kontra l-Ispanjol Pablo Andujar. Novac Djokovic se jkun qed jibda l-kompetizzjoni kontra l-Ispanjol Roberto Carbella Baena, filwaqt li Naomi Osaka se tilgħab kontra r-Russa Anna Blinkova.