William u Kate b’ismijiet differenti skont fejn ikunu

Jekk forsi taħseb li taf bl-amment l-ismijiet tal-familja rjali tar-Renju Unit aħsibha darbtejn.
Il-Prinċep William, id-Dukessa ta’ Cambridge, kif ukoll il-Prinċep Charles u Camilla għandhom bosta laqmijiet u ismijiet skont il-bnadi differenti li jkunu fihom fir-Renju Unit.
Fl-Iskozja
Fl-Iskozja l-Prinċep William ingħata t-titlu ta’ Earl of Strathearn wara li żżewweġ lil Kate fl-2011. B’mod awtomatiku, Kate saret il-Countess of Strathearn.
Il-Prinċep Charles ingħata t-titlu ta’ Duke of Rothesay li kien it-titlu storiku li kien jieħu l-eredi tat-tron ta’-Iskozja qabel maż-żewġ familji rjali ingħaqdu f’waħda fis-seklu sbatax. Martu Camilla jsejħulha Duchess of Rothesay.
Fit-Tramuntana tal-Irlanda
Fit-Tramuntana tal-Irlanda, speċifikament fis-sitt Pajjiżi Konfinali li baqgħu parti mir-Renju Unit, William u Kate għandhom l-ismijiet ta’ Baron Carrickfergus u Lady Carrickfergus.
Fil-Lbiċ tal-Ingilterra
Minkejja li l-Prinċep ta’ Wales m’għandux titlu Irlandiż, fil-Lbiċ tal-Ingilterra jsejjħulu bit-titlu tiegħu ta’ Duka, Duke of Cornwall.
U l-Prinċep Harry baqa’ b’xejn?
Il-Prinċep Harry bħalissa m’għandu l-ebda titlu ieħor, iżda mistenni jieħu t-titlu tiegħu malli jiżewweġ lil Meghan Markle, fejn bosta qed jgħidu li se jieħu t-titlu ta’ Duke of Sussex u Meghan awtomatikament tiġi d-Duchess of Sussex