William l-ewwel membru mill-Familja Rjali Ingliża f’Iżrael

Il-Prinċep William se jkun l-ewwel membru tal-familja rjali Ingliża li se jagħmel żjara uffiċjali f’Iżrael u fit-territorji Palestinjani.
Skont il-midja internazzjonali, is-sajf li ġej, il-Prinċep se jżur ukoll il-Ġordan. Id-dati għadhom ma tħabbrux.
Mhux ippjanat li f’dan il-vjaġġ il-Prinċep ikun akkumpanjat mid-Dukessa ta’ Cambridge, li qed tistenna t-tielet wild f’April.
Il-Prinċep Karlu, missier il-Prinċep William, kien attenda l-funeral tal-Eks President Iżraeljan Shimon Person fuq għażla personali.  Żjajjar Irjali barra l-pajjiż isiru fuq talba tal-Gvern Ingliż.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li din se tkun żjara storika u li l-Prinċep se jintlaqa’ b’affezzjoni kbira.
Iż-żjara tal-Prinċep William se taħbat mas-70 anniversarju minn meta Iżrael kiseb l-Indipendenza.