William Hague jirriżenja minn ministru

Il-Ministru Ingliż għall-Affarijiet Barranin William Hague, ilbieraħ tefa’ r-riżenja tiegħu biex ikun jista’ jibda jmexxi l-House of Commons
Hague ħabbar dan permezz ta’ tweet.  Qal li mhux se jikkontesta l-elezzjoni ta’ Mejju li ġej u wara ħafna snin involut fil-politika, jixtieq li jagħmel affarijiet oħra li minn dejjem xtaq. 
l-Ministru attwali għad-Difiża, Philip Hammond, mistenni jieħu l-ministeru ta’ Hague.