William Chetcuti jirbaħ id-double trap fil-Grand Prix ta’ Ċipru

It-tiratur William Chetcuti rebaħ il-kompetizzjoni tad-double trap fil-Grand Prix ta' Ċipru. 
Dan meta għamel skors ta’ 26, 28, 28, 26 u 28 għal total ta’ 136 plattina minn 150. 
Hu kien impressjonanti fil-fażi finali meta laqat 77 minn 80 plattina u għeleb l-isfida ta’ tiraturi tal-ogħla livell.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima feraħ lil Chetcuti.
Anke l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ferħet lil Chetcuti, li hu kaċċatur u membru tagħha.