Will u Kate: L-ewwel lejl mingħajr George

Il-lejl li għadda kien l-ewwel lejl li William u Kate kienu ‘l bogħod mit-tifel George.

Id-duki ta’ Cambridge, elegantissimi u dehru ukoll rilassati, ħadu sehem f’ċerimonja gala tar- Royal Society ta’ Londra. 

Waqt iċ-ċerimonja l-Prinċep William skuża ruħu mal-mistiedna talli forsi qed jaraw lilu u lill-martu xi ftit nervużi imma ammetta li “huma armati b’telefowns ċellulari biex jiċċekkjaw li ma jiġri xejn”.

Tieħu ħsieb liċ-ċkejken George kien hemm il-babysitter li rabbiet lill-William.  Jessie Webb, li għandha 71 sena, offriet minn jhedda li tibda tieħu ħsieb lil-koppja Rjali.

Il-Prinċep George hu l-ewwel wild tal-famlja rjali.  Twieled fit-22 ta' Lulju li għadda u għalaq seba' ġimgħat.