Wijnaldum protagonist fir-rebħa tat-tim Olandiż

Il-midfielder ta’ Liverpool Georginio Wijnaldum skurja darbtejn fl-ewwel taqsima tal-logħba. Permezz tal-gowls tiegħu l-Olanda rebħu kontra l-Belarus bl-iskor ta’ 2-1 u mxew pass ieħor qrib il-kwalifika għall-Euro 2020.

Wijnaldum fetaħ l-iskor b’header qabel ma rdoppja b’xutt minn barra l-kaxxa.

It-tliet punti li rnexxielhom jieħdu minn din il-logħba poġġewhom l-ewwel fi Grupp Ċ, iżda l-Ġermanja reġgħu ħadu posthom fuq quddiem wara li għelbu lill-Estonja ftit tal-ħin wara.

Riżultati oħra:

Grupp C

Estonia 0-3 Ġermanja

Grupp E

Ungerija 1-0 Ażerbajġan

Wales 1-1 Kroazja

Grupp G

Polonja 2-0 North Macedonia

Slovenja 0-1 Awstrija

Grupp I

Kazakhstan 0-2 Belġju

Ċipru 0-5 Russja