Wijnaldum bl-ewwel hat-trick mill-1972 għall-Olanda

Il-midfielder ta’ Liverpool Georginio Wijnaldum skurja hat-trick fil-logħba bejn l-Olanda ul-Estonja minn Grupp C tal-Euro 2020. It-tim ta’ Ronald Koeman kien diġà kkwalifika matematikament grazzi għall-punti li kiseb kontra l-Irlanda ta’ Fuq.

Għalkemm irnexxielhom jirbħu din il-logħba b’mod konvinċenti, ma rnexxilhomx jagħmluha fl-ewwel post fil-gruppi minħabba li l-Ġermaniżi rebħu kontra l-Irlanda ta’ Fuq 6-1. Il-logħba ntlagħbet fi Frankfurt.

Wijnaldum hu l-ewwel midfielder li rnexxielu jiskurja hat-trick għall-Olandiżi mindu kien għamel l-istess Johan Neeskens lura fl-1972. Skurjaw ukoll id-difensur ta’ Bournemouth Nathan Ake u Myron Boadu li għad għandu 18-il sena.

Riżultati oħra:

Grupp C

Germany 6-1 N. Ireland

Grupp E
Slovakia 2-0 Azerbaijan

Wales 2-0 Hungary

Grupp G

North Macedonia 1-0 Israel

Latvia 1-0 Austria

Poleand 3-2 Slovenia

Grupp I

Belgium 6-1 Cyprus

San Marino 0-5 Russia

Scotland 3-1 Kazakhstan