WiFi fuq l-ajruplani l-ġodda tal-Air Malta – CAPA

Daryl Cauchi

Il-linja tal-ajru Air Malta qiegħda tkabbar il-flotta tagħha b’żewġ ajruplani tat-tip A320neos ġodda, li huma mistennija jkollhom il-WiFi.

Dan ġie rrappurtat fuq is-sit elettroniku CAPA – Centre for Aviation. Fuq is-sit ingħad illi l-linja tal-ajru qed taħseb biex tibdel il-flotta tagħha kollha f’ajruplani A320neo, wara li s-sena li għaddiet ħadet l-ewwel ajruplan tagħha ta’ dan it-tip.

Fil-31 ta’ Lulju wasal it-tieni wieħed, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħaqad mal-flotta it-tielet ajruplan tal-istess tip.

Aqra: Ritratti: L-ajruplan il-ġdid tal-Air Malta

L-A320neo għandu tnaqqis ta’ 17% fl-ispejjeż.

Aqra: ‘L-Air Malta b’viżjoni ċara biex tkompli tikber’ – Joseph Muscat

L-Air Malta rebħet premju mingħand CAPA fl-2018 talli rnexxielha tagħmel l-ewwel profitt tagħha wara kważi 20 sena ta’ telf.