Wieħed mit-3 akkużati bil-qtil ta’ Daphne l-isptar wara ġlieda fil-ħabs

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ittieħed l-isptar wara li kien involut fi ġlieda ma’ priġunier ieħor fil-ħabs.

Skont rapporti fil-midja lokali, l-inċident seħħ dalgħodu. Degiorgio sofra minn ġrieħi f’rasu u kellu jittieħed l-isptar taħt sigurtà stretta. Degiorgio huwa wkoll magħrufa bħala “ċ-Ċiniż”.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ma setax jikkonferma l-inċident.