Wieħed minn kull tlett itfal fl-iskejjel għandhom piż żejjed

Għall-ewwel darba se jiġi indirizzat l-ikel fl-iskejjel tal-Ewropej f’studju mill-Kummissjoni Ewropea.
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka ppubblika l-ewwel rapport, li fih il-pajjiżi li qed jieħdu sehem fl-istudju għandhom gwida dwar il-promozzjoni ta’ dieti tajbin, fosthom il-menus u d-daqs tal-porzjonijiet u xarbiet biz-zokkor.
Il-Kummissarju għas-Saħħa Tonio Borg fakkar li wieħed minn kull tlett itfal fl-Ewropa għandu piż żejjed jew huwa obeż.
Kompla jgħid li hu għalhekk li l-iskejjel iridu jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni, sabiex it-tfal ‘jikbru b’saħħithom u jiksbu riżultati tajbin’.
Fir-rapport, hemm politiċi dwar linji gwida dwar l-ikel fl-iskejjel primarji u sekondarji skont kriterji ta' ikel bil-permess jew ipprojbit, livelli nutrizzjonali, faċilitajiet fejn jieklu t-tfal, servizzi tal-catering u restrizzjonijiet tal-kummerċjalizazzjoni.