Wieħed minn kull 10 zalzettiet jikkawża l-Epatite

Minn tal-inqas wieħed minn kull għaxar zalzettiet li persuna normali tikkonsma, jista’ ikun ikkontaminat b’virus li jagħmel il-ħsara lill-kliwi.

Studju fir-Renju Unit juri kif in-numru ta’ persuni li qed jimirdu bil-Epatite E qiegħed dejjem jikber. Minkejja li l-kawża tista’ tvarja, jidher li ħafna drabi din il-kontaminazzjoni qed tiġi kkawżata miz-zalzett tal-majjal. Sa ftit snin ilu, il-Epatite E kienet ikkunsidrata bħala rari. Iżda dan l-aħħar, il-każijiet żdiedu bi kważi 40% f’sena waħda. Fl-2012 biss kien hemm 657 każ.

Normalment il-virus jikkawża sintomi żgħar bħal deni u uġigħ fil-muskoli. Iżda fuq l-anzjani u t-tfal, il-Epatite E tista’ tkun fatali. l-esperti qed isostnu li z-zalzett tal-majjal għandu jissajjar għal minn tal-inqas 20 minuta.