Wieħed mill-preżentaturi tal-Eurovision jagħti s-salarju tiegħu donazzjoni lil għaqda LGBTQ

Il-preżentatur Assi Azar. Ritratt: Thomas Hanses
Wieħed mill-erba’ preżentaturi fl-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest iddeċieda li s-salarju li se jtuh għall-ħidma waqt din il-manifestazzjoni mużikali internazzjonali, ma jżommhix għalih.
Fil-fatt il-preżentatur ta’ 39 sena, Assi Azar ħabbar li s-salarju tiegħu se jgħaddih lill-Israeli Gay Youth (IGY), għaqda karittativa li tgħin żgħażagħ LGBTQ li jkunu qed jissieltu biex jaċċettaw is-sesswalita tagħhom, kif ukoll problemi li jkunu għaddejjin minnhom waqt il-proċess jagħmlu dan.
Il-poster għad-dokumentarju Mum & Dad I Have Something To Tell You
Dan il-preżentatur ma jaħbix is-sesswalita tiegħuu saħansitra tkellem b’mod apert dwar dan anki waqt il-Eurovision. Beda l-karriera tiegħu fl-2005 u fl-2010 ħa ħsieb id-dokumentarju ta’ 45 minuta Mum & Dad I have Something To Tell You.
Tul is-snin hu ġġieled mhux biss għad-drittijiet ta’ nies gay, iżda wkoll għamel meżż li jgħin bosta għaqdiet u din id-darba ma kienitx eċċezzjoni.
Il-preżentatur ta’ programmi bħal Big Brother Israel u The Next Star iżżewweġ lis-sieħeb tiegħu fl-2016, u ħass li s-salarju tiegħu talli ppreżenta l-Eurovision għandu jmur biex jgħin lil ħaddieħor.
Is-somma hi ekwivalenti għal madwar €26,000 iżda Azar qal li hu ma ppreżentax il-Eurovision għall-flus iżda għamel dan biex jirrappreżenta lil pajjiżu.
Saħaq li la darba riedu jħallsuh, allura hu ħass li gġħandu jagħmel xi ħaġa ta’ ġid b’dawn il-flus.
Il-preżentatur Assi Azar ma’ Netta fil-Eurovision 2019. Ritratt: Thomas Hanses