Wieħed mill-ħallelin tal-Mid Med qal li George Xuereb ma kienx involut

Kompla l-ġuri ta’ George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa, b’rabta mal-hold-up fil-fergħa tal-Mid Med Bank f’St Andrews fl-1996.
Fil-Qorti xehed Carmelo Spiteri, li kien ikkundannat 10 snin ħabs b’rabta ma’ dan il-hold-up. Spiteri qal li George Xuereb ma kienx involut f’dan il-każ.  Żied jgħid li kien hu l-moħħ wara s-serqa, u li kompliċi miegħu kien hemm Amadeo Brincat, illum mejjet u Joseph Polidano, li wkoll kien ikkundannat 10 snin priġunerija.
Dwar George Xuereb, Carmelo Spiteri qal li sar jafu wara li seħħet is-serqa.  Spiteri baqa’ jinsisti li fil-hold-up ma kien hemm ħadd iktar involut, ħlief huma t-tlieta. 
Xuereb qed jgħaddi ġuri minħabba li fil-vann sabu marki tas-swaba tiegħu