Wieħed mill-akkużati bi stupru fl-Indja jinstab mejjet fil-ħabs

Fil-belt kapital tal-Indja, Delhi, wieħed mil-ħames irġiel akkużati bl-istupru u l-qtil ta’ studenta nstab mejjet ġewwa l-ħabs. Il-pulizija kienet stqarret li Ram Singh għallaq lilu nnifsu, iżda d-difiża u l-familja tiegħu jissuspettaw li dan kien qtil. Il-Ministru għall-affarijiet tal-Intern sostna li s-sigurta’ tal-ħabs naqqset mid-dmirjiet tagħha.

L-akkużati kollha ċaħħdu l-akkuża ta’ dan l-attakk. Huwa mistenni li s-sitt susspettat jiġi mressaq f’qorti tal-minorenni. L-attakk qanqal ukoll dibattitu fuq id-drittijiet tan-nisa.