Wied il-Qlejgħa…kif iriduh xi nies

Lit-turisti nħobbu nuruhom Wied il-Qlejgħa, jew kif inhu magħruf aħjar, sfortunatament, Chadwick Lakes.
Inħobbu nuruhom ritratti tal-wied jiem xitwin jew rebbigħin tas-sena, bis-siġar u n-nixxiegħa li tgħaddi miegħu wara xi ħalba xita.
Iżda, għal min irid, nistgħu nuru wkoll dawn ir-ritratti miġbuda minn Garby and Tidy dwar il-lat l-ieħor ta’ Wied il-Qlejgħa.
Lat impinġi minn min ma jqisx il-ħsara li jagħmel meta jarmi kif ġieb u laħaq, sempliċiment għax inzerta wied.
Jekk tridu turu kemm hawn min għandu għal qalbu l-ambjent Malti, u finalment lil Malta, xerddu dawn ir-ritratti.
Grazzi għall-ħidma tal-ħaddiema ta' Garby and Tidy, dawn l-inħawi issa nodfa.
Ritratti: Garby and Tidy
Jekk għandek xi ritratti li tixtieq taqsam magħna, inħeġġuk tibgħathom fuq info@newsbook.com.mt jew news@newsbook.com.mt