Wied il-Għajn bi sfida ta’ immigrazzjoni – Schiavone

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qal li f’Wied il-Għajn hemm sfida kbira għas-sigurtà u l-immigrazzjoni fejn jirriżulta li hemm reġistrati 621 Ingliż, 964 Taljan, 92 Albaniż, 44 Brażiljan, 133 Indjan, 219-il Serb u 78 Sirjan.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Schiavone qal li dan ma fih xejn ħażin iżda raħal b’kulturi differenti għandhom ikunu rikonoxxuti mill-gvern biex jassigura li l-ħajja tibqa’ għaddejja b’mod normali.

Huwa qal li rriżulta li fl-2019, kien hemm 166 serqa f’Birżebbuġa, 156 serqa f’Wied il-Għajn u tliet serqiet biss fiż-Żejtun. Schiavone stqarr li dan hu riżultat tal-fatt li fiż-Żejtun hemm għassa armata tajba filwaqt li f’Wied il-Għajn u f’Birżebbuġa, il-pulizija mhux ilaħħqu.