Wiċċ Daphne mal-Ambaxxata Maltija f’Berlin; “L-Ewropa qed tistenna”

Il-grupp ta’ pressjoni jismu Il-Kenniesa pproġettw wiċċ il-ġurnalista Dapne Caruana Galizia mal-Ambaxxata Maltija f’Berlin biex jitolbu li ssir ġustizzja.
Il-grupp tefa’ post fuq Facebook bir-ritratti ta’ din l-attività tagħhom, hekk kif għada jaħbat il-ħames xhar mill-qtil tal-ġurnalista li ttajret b’bomba taħt il-karozza tagħha.
Taħt wiċċ il-ġurnalista kien hemm miktub bl-Ingliż li l-Ewropa qed tistenna li ssir ġustizzja.

Il-Kenniesa qalu li ħadmu flimkien ma’ PixelHELPER biex għamlu dan il-ġest.