WHO tniedi kampanja biex 100 miljun persuna jaqtgħu t-tabakk

Ilum l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa(WHO) nediet kampanja globali li għandha ddum sena bil-għan li 100 miljun persuna jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip tat-tabakk. Din ħa jkun jisimha World No Tobacco Day 2021 – “Commit to Quit.” Aktar nies qalu li jridu jaqtgħu t-tabakk minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Din il-kampanja ġiet imnedija fuq Whatsapp u permezz ta’ pubblikazzjoni More than 100 reasons to quit tobacco

Madwar 780 miljun persuna jgħidu li jridu jaqtgħu s-sigaretti iżda 30% biss għandhom l-aċċess biex jagħmlu dan. Permezz ta’ din il-kampanja il-WHO se tkun qegħda tipprovdi ir-riżorsi biex tkun tista’ taqta’ t-tabakk. It-tipjip joqtol 8 miljun persuna kull sena. Skont studju tal-WHO it-tipjip joħloq aktar riskju ta’ mewt jekk taqbdek il-Coronavirus.

Permezz ta’ din il-kampanja inti tista tkellem lil persuni speċjalizzati biex taqta’ t-tabakk. Tista’ titkellem ma’ xi ħadd billi tafas din il-link.